Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
11331
Data:
01/10/2019
Seduta:
250 - 07/10/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Birkirkara – Triq Tumas Fenech – ranġar ta’ bankina

 

L-Onorevoli DAVID AGIUS staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali):
Jista’ l-Ministru jara li l-bankina li għadha kif inbniet fi Triq Tumas Fenech f’Birkirkara, mill-kantuniera ta’ Triq Nazju Falzon ‘l isfel, tiġi rranġata għax ġiet wisq maqluba ‘l barra u r-residenti qed ikollhom diffikultà biex jimxu fuqha?

 

Tweġiba:
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta diġà ħadet il-passi neċessarji biex tissolva din id-diffikultà tant li x-xogħol diġà kien ippjanat li jsir fil-jiem li ġejjin.


Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 7/10/2019 04:43:08 PM - PQ ID 3BC98234971CA971C1258486004D31DF