Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
11341
Data:
02/10/2019
Seduta:
250 - 07/10/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Skejjel tal-Istat – Mobile classrooms

 

L-Onorevoli CLYDE PULI staqsa lill-Onorevoli EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol):
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn mobile classrooms bħalissa fl-iskejjel tal-Istat? F’liema skejjel qed jintużaw? X’inhi r-raġuni li qed jintużaw f’kull każ? Kemm hawn studenti qed jagħmlu użu minn dawn il-mobile classrooms?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 13-il temporary classroom fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar u 10 fl-iskola sekondarja taż-Żejtun.


F’San Pawl il-Baħar qed nużaw dawn il-klassijiet bħala estensjoni tal-iskola sakemm fi ftit xhur oħra niftħu l-iskola l-ġdida tal-Qawra. Fiż-Żejtun qed nużawhom waqt li jinsab għaddej xogħol estensiv biex inkabbru u nsebbħu l-iskola fejn qed nibnu sular ġdid fuq kull blokka u nimmodernizzaw il-bini eżistenti.

L-Onor Interpellant jifhem li xogħol kbir bħal dan ma jistax isir mil-lum għal għada u bilfors irid jitqassam f’għadd ta’ fażijiet li jieħdu ż-żmien. Għaldaqstant, biex niżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti u tal-edukaturi waqt li dan ix-xogħol ikun għaddej, kif ukoll biex kemm jista’ jkun nimxu max-xewqa ta’ bosta ġenituri biex it-tfal ma nċaqalquhomx mil-lokalità tagħhom, dehrilna li din hi l-aħjar soluzzjoni.

Nieħu din l-okkażjoni biex inserraħ ras il-ġenituri ta’ tfal li jużaw dawn il-klassijiet temporanji li huma attrezzati bl-aħjar faċilitajiet sew ta’ tagħlim kif ukoll biex l-istudenti jkollhom kundizzjonijiet ambjentali xierqa. Bl-ebda mod ma aħna qed inbaxxu l-kwalità ta’ tagħlim bl-użu ta’ dawn il-klassijiet temporanji.

Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun hemm 176 student li qed jagħmel użu mit-temporary classrooms waqt li jużaw ukoll klassijiet oħra tal-iskola, filwaqt li fl-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar hemm sittin (60) student jagħmlu użu mit-temporary classrooms peress li ċertu prefabs jintużaw għal laqgħat jew one-to-one sessions.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 7/10/2019 04:43:06 PM - PQ ID 083B70FBB755B90AC1258487002E8C5D