Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
11342
Data:
02/10/2019
Seduta:
250 - 07/10/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Qawra – skola ġdida

 

L-Onorevoli CLYDE PULI staqsa lill-Onorevoli EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol):
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta l-iskola l-ġdida fil-Qawra li issa ilha mwiegħda sa mill-baġit tal-2015?

 

Tweġiba:
Kif bla dubju seta’ jara b’għajnejh stess l-Onor. Interpellant meta l-ġimgħa li għaddiet ħa sehem f’konferenza tal-aħbarijiet ħdejn l-iskola l-ġdida tal-Qawra, ix-xogħol fuq dan il-proġett bħalissa jinsab miexi b’ritmu sew.


Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jissaqqaf l-aħħar sular tal-iskola waqt li xogħol fuq servizzi elettriċi u mekkaniċi għaddej ġmielu. Il-bini tas-sala (multipurpose hall) – li hi maqtugħa mill-kumplament tal-iskola – se jitlesta sal-aħħar tas-sena.

Ninsab infurmat li din l-iskola mistennija tilqa’ l-ewwel studenti fl-ewwel xhur tas-sena 2020.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 7/10/2019 04:43:05 PM - PQ ID 7F7EF9032F903254C1258487002EAB82