Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
10727
Data:
25/06/2019
Seduta:
248 - 10/07/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Għawdex – Ix-Xagħra - Ex Miżbla tal-Qortin – water reservoir

 

L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima):
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10500 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8509, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li fadal fuq is-sistema tal-pumping tal-ilma ġewwa l-ġibjun fl-ex miżbla tax-Xagħra (il-Qortin) sarx sabiex is-siġar u l-arbuxelli jkunu msoqqija permezz tal-ilma miġbur fil-ġibjun, peress li s-sajf issa beda u jekk iva min meta bdew jissaqqew is-sigar u l-arbuxelli?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, t-tender biex isiru xogħlijiet ta’ titjib fil-Qortin u li jinkludi fih installazzjoni ta’ pompi u xogħol relatat ġie ppreparat u mibgħut għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-vetting. Bħalissa dan id-dokument qiegħed jiġi vvettjat. Huwa mistenni li l-vetting jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin u b’hekk it-tender ikun jista’ jiġi ppubblikat. Kif intqal fir-risposta preċedenti, malli tħawwlu s-siġar fil-proġett tar-rijabilitazzjoni tal-Miżbla tal-Qortin, is-siġar kienu qed jissaqqew bil-bowsers sakemm qabdu. Issa dawn qed jgħixu b’mod naturali. Ix-xogħol li fadal fuq is-sistema tal-pumping tal-ilma xorta ħa jsir sabiex fil-futur, is-siġar ikunu megħjunin permezz tal-ilma miġbur fil-ġibjun.

Jekk kollox jimxi skont il-pjan u jkun hemm kuntratturi li jitfgħu offerti biex isir ix-xogħol, dan ikun jista jibda fl-aħħar kwart ta’ din is-sena u jiġi konkluż għal nofs l-2020.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/7/2019 04:32:43 PM - PQ ID C3FF990CECEFDBFDC125842400403355