Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
10845
Data:
05/07/2019
Seduta:
248 - 10/07/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Xagħra Għawdex – ex-sit tal-miżbla tal-Qortin – xogħlijiet

 

L-Onorevoli KEVIN CUTAJAR staqsa lill-Onorevoli JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima):
Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-istadju preżenti tax-xogħlijiet fl-ex-sit tal-miżbla tal-Qortin ġewwa x-Xagħra Għawdex u meta hu maħsub li dan is-sit jinfetaħ bħala park għall-familji kif imwiegħed mill-Gvern?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-tender biex isiru xogħlijiet ta’ titjib fil-Qortin biex dan is-sit ikun addattat sabiex jinfetaħ għall-pubbliku ġie preparat u bħalissa qiegħed jiġi vvettjat mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Huwa mistenni li l-vetting jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin u b’hekk it-tender ikun jista’ jiġi ppubblikat.


Min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar għax-xogħlijiet neċessarji tinsab fi stadju avvanzat (PA 1519/18). Id-drawings ta’ din l-applikazzjoni ġew emendati riċentement sabiex dan il-proġett ikun aċċessibbli minn kulħadd. Is-CRPD qablu ma’ dawn l-emendi u bħalissa, il-Wasteserv qiegħda tistenna lill-Awtorità tal-Ippjanar tikkonkludi l-applikazzjoni u toħroġ il-permess.

Jekk kollox jimxi skont il-pjan u jkun hemm kuntratturi li jitfgħu offerti biex isir ix-xogħol, dan ikun jista’ jibda fl-aħħar kwart ta’ din is-sena u jiġi konkluż għal nofs l-2020.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/7/2019 04:32:41 PM - PQ ID FC3E70F2900E31B1C125842E003C7272