Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
10726
Data:
25/06/2019
Seduta:
248 - 10/07/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Proġetti u xogħlijiet – kumpanija/individwu

 

L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex):
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8514 u tgħid fuq liema proġetti u xogħol ieħor qed jaħdem u ħadem l-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kif intgħażel/intgħażlet din il-persuna/kumpanija biex jagħtu s-servizzi lill-Ministeru għal Għawdex u min approva li jintgħażel/tintgħażel din il-persuna/kumpanija u kemm qed jitħallas l-individwu/kumpanija għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm-il siegħa xogħol għamel dan l-individwu/kumpanija s’issa u kemm tħallas s’issa u min awtorizza l-pagamenti f'kull każ?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu.


Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/7/2019 04:32:40 PM - PQ ID 86D84A989E2BF1ADC125842400401B15