Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
10725
Data:
25/06/2019
Seduta:
248 - 10/07/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Master Plan tar-Ramla – periti inkarigati

 

L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex):
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-periti/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-Master Plan tar-Ramla? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, x'esperjenzi u kwalifiċi għandhom fi proġetti marittimi u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol għamel/għamlet fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan tar-Ramla matul is-sena 2019?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu.


Dawn il-konsulenti huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/7/2019 04:32:39 PM - PQ ID A7ADD1ECA438E6A1C125842400400368