Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
10688
Data:
25/06/2019
Seduta:
248 - 10/07/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Rapport 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges' - ineżattezzi

 

L-Onorevoli CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Onorevoli OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali):
B'referenza għar-rapport tal-Legal Affairs and Human Rights Committee tal-Kunsill tal-Ewropa 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges', jista' l-Ministru jgħid:

a. liema parti tar-rapport fih ineżattezzi;


b. x'tip ta' ineżattezzi huma; u
c. x'miżuri jew azzjoni ħa jew qed jippjana li jieħu l-Ministru biex jikkoreġi tali ineżattezzi?

 

Tweġiba:
Għandu jiġi ċċarat illi r-rapport li għalih tagħmel referenza l-Onor. Membru mhuwiex wieħed tal-Kunsill tal-Ewropa bħala organizzazzjoni iżda huwa rapport kompilat mir-Rapporteur maħtur fuq inizjattiva tiegħu stess, il-Membru Parlamentari Olandiż tal-Partit Popolari Ewropew Pieter Omzigt. Dan ir-rapport huwa għalhekk wieħed fuq livell parlamentari u mhux ta’ Gvern u l-Ministru għall-Ġustizzja ma għandu ebda setgħa biex jikkorreġi l-istess rapport.

Madankollu l-Gvern għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara fis-sens illi r-rapport huwa żbilanċjat u mimli skorrettezzi, insinwazzjonijiet u spekulazzjoni. Il-Membri Parlamentari tan-naħa tal-Gvern li huma membri tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa ipproponew numru ta’ emendi għar-rapport u spjegaw bis-sħiħ id-difetti tiegħu fil-preżenza ta’ mill-inqas membru parlamentari wieħed tal-Oppożizzjoni.

L-Onorevoli Dr. Manuel Mallia ippreżenta ukoll ‘Dissenting Opinion’ mir-rapport li, fil-limitu ta’ 500 kelma permess mill-proċedura tal-Assemblea Parlamentari spjega l-punti ewlenin ta’ kritika għall-istess rapport. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' din id-dissenting opinion.

Il-Ministru qiegħed għalhekk jirreferi lill-Onor. Membru ukoll għall-atti tal-Assemblea Parlamentari dwar il-punti sollevati fid-domanda.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra: 10688.pdf10688.pdf

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/7/2019 04:32:36 PM - PQ ID 6AEC940761C096C6C1258424001CADE4