Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
10728
Data:
25/06/2019
Seduta:
248 - 10/07/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Ix-Xewkija – Area tal-Ħofra – xogħol ta’ kostruzzjoni

 

L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar):
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8924, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid, fl-area tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija Għawdex fejn preżentement qiegħed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid min huma d-ditti, persuni jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area u kemm minnhom huma kumpaniji lokali u kemm minnhom huma barranin?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji jew persuni li huma approvati. Il-maġġoranza ta’ dawk approvati huma Maltin.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/7/2019 04:32:35 PM - PQ ID 40B2793F9A642CC2C125842400404842