Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
10694
Data:
25/06/2019
Seduta:
248 - 10/07/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Rabat Għawdex – bini ta’ Skola Primarja ġdida

 

L-Onorevoli CHRIS SAID staqsa lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali):
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-permess PA 01898/19 (Extension to existing school of 130 classrooms for 500 students multipurpose halls, playgrounds and roofing over of part of private road) u meta hu ppjanat li jiġi approvat u kemm ser jintilfu u kemm ser ikun hemm parking spaces ġodda biex ipattu għat-telf ta' parking spaces biex jakkomodaw id-domanda li ħa tinħoloq minħabba l-bini ta’ Skola Primarja ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant dwar l-applikazzjoni PA1898/19 (Extension to existing school of 130 classrooms for 500 students multipurpose halls, playgrounds and roofing over of part of private road) illi dak li għandu x’jaqsam ma’ parking spaces, qed jiġi eżaminat it-Traffic Impact Assessment biex b’hekk wiehed ikun jista jikkalkula l-kobor ta’ l-impatt, kif ukoll jekk il-proposta tkunx tirrikjedi tibdil biex b’hekk jiġi mnaqqas l-impatt jekk jirriżulta li hemm. Din l-istess applikazzjoni qed tistenna aktar informazzjoni biex b’hekk tkun tista tiġi konkluża l-konsultazzjoni ma’ l-Awtorita’ Dwar l-Ambjent. It-termini tal- AL 162 ta’ 2016 japplikaw għal dak li għandu x’jaqsam ma’ żmien ta’ meta għandha tiġi determinata din l-applikazzjoni.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/7/2019 04:32:28 PM - PQ ID E480DF1CE62F77EFC1258424001E4CE3