Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
1351
Data:
13/09/2017
Seduta:
27 - 16/10/2017 06:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Programm Consul on the Move – ħruġ ta’ passaporti lil ċittadini Maltin

 

L-Onorevoli ROBERT ABELA staqsa lill- CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ):
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu passaporti lil ċittadini Maltin permezz tal-programm Consul on The Move minn Frar 2017 sad-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Programm Consul-on-the-Move jopera minn erba’ pajjiżi fejn Malta għandha Ambaxxata/Kummissjoni Għolja u/jew Konsolati Ġenerali.Il-pajjiżi fejn jitħaddem dan il-programm huma l-Awstralja,l-Amerika,il-Kanada u r-Renju Unit.Tajjeb wieħed iżid li mill-Awstralja,l-Kummisjoni Għolja Maltija f’Kanberra tkopri wkoll il-ħtiġijiet tal-Maltin li jgħixu f’New Zealand.

Bejn l-1 ta’ Frar u l-25 ta’ Settembru ta’ din is-sena mill-programm Consul-on-the-move inħarġu (117) passaport lill ċittadini Maltin.Dawn ħarġu kif ġej:



· L-Awstralja – sitta u disgħin (96) passaport.Dawn inharġu kif ġej:
f’Perth, Western Australia – sbatax-il passaport (17)
fi Brisbane, Queensland – ħamsa w tletin passaport (35)
f’Mackay,Queensland – sitt passaporti (6)
f’Cairns,Queensland – sitt passaporti (6)
f’Adelaide,South Australia – tmienja w għoxrin (28) passaport (Marzu 2017)
f’Adelaide,South Australia – erba’ (4) passaporti (informazzjoni parzjali peress li l-aħħar żjara f’Adelaide saret f’Settembru 2017).
· L-Amerika – tliet (3) passaporti ħargu kollha minn Michigan.
· Il-Kanada – erbatax-il passaport (14).Dawn inħarġu kif ġej:
f’Newfoundland – ħamsa (5) passaporti
f’Nova Scotia – sitta (6) passaporti
fi Quebec – tliet (3) passaporti.
· Ir-Renju Unit – erba’ (4) passaporti f’Cardiff.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/17/2017 01:43 PM - PQ ID D077981F774C6B84C125819A003053FF