Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
1386
Data:
19/09/2017
Seduta:
23 - 04/10/2017 06:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Passaporti kkonsenjati lil Maltin minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin

 

L-Onorevoli SILVIO GRIXTI staqsa lill- JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru):
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu kkonsenjati passaporti ġodda u passaporti mġeddin lil ċittadini ta’ Malta minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta sena b’sena u pajjiż b’pajjiż bejn l-2011 u l-2015?

 

Tweġiba:
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passaporti ma għadhomx aktar jiġġeddu iżda meta jiskadu, jinbidlu u jinħareġ dejjem passaport ġdid. Il-figuri għas-snin imsemmija huma kif ġej: fl-2011 ħarġu 2,963 passaport, fl-2012 ħarġu 3,078, fl-2013 ħarġu 3,422, fl-2014 ħarġu 3,866 u fl-2015 ħarġu 3,572 passaport. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta: PQ 1386.pdfPQ 1386.pdf

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/04/2017 06:45 PM - PQ ID B30934A5590D50F4C12581A00025CDE3