Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
12961
Data:
12/02/2020
Seduta:
307 - 10/03/2020 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Ħal Balzan - toroq

 

L-Onorevoli CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Onorevoli IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali):
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq f’Ħal Balzan kull sena fis-sena 2017, 2018 u 2019? Liema huma dawn it-toroq?

 

Tweġiba:
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.


Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin fit-toroq madwar il-pajji¿.

Fl-2019 Infrastructure Malta għamlet xogħlijiet f’żewġ toroq f’Ħal Balzan. Dawn huma Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied.

Ix-xogħol fis-sena 2017 sar taħt ir-responsabilita’ tat-Transport Malta u jinkludi dan li ġej;

2017:
Triq l-Imdina
Triq P P Castagna and p/o Triq Bontadini

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 10/3/2020 04:38:26 PM - PQ ID 199A7516792BDEA1C125850C002FB4A7