Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
11634
Data:
21/10/2019
Seduta:
273 - 04/11/2019 04:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Cleansing Department – tindif ta’ xemgħat u fjuri

 

L-Onorevoli JASON AZZOPARDI staqsa lill-Onorevoli OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali):
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sentejn il-ħaddiema tal-Cleansing Department ġew mibgħuta biex ineħħu kull traċċa għal memorja (inkluż tneħħija ta’ xemgħat u fjuri) tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża inkluż overtime, biex il-ħaddiema tal-Gvern wettqu dan ix-xogħol sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

 

Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda ħaddiem ma jintbaghat speċifikament sabiex ineħħu – nikkwota - "kull traċċa għal memorja (inkluż tneħħija ta’ xemgħat u fjuri)" tal-persuna msemmija fil-mistoqsija.


Infurmat li x-xogħol ta’ tindif li sar fuq il-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta huwa parti mix-xogħol ta’ rutina tal-ħaddiema tad-diviżjoni li huma inkarigati li jnaddfu fil-Belt Valletta.

Ma hemm l-ebda spiża konnessa ma’ overtime, u dan għaliex ix-xogħol ta’ rutina ta’ tindif fil-Belt Valletta matul il-lejl isir kuljum, u dan isir permezz ta’ shift night in night out.

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 4/11/2019 05:06:47 PM - PQ ID 70B0F1CE1D674C44C125849A00489927