Leġiżlatura
XIII
Kategorija
ORAL
Mistoqsija Numru:
4267
Data:
13/02/2018
Seduta:
84 - 20/02/2018 06:00 PM
Seduta Interim:
-
Titlu: 
Monitoraġġ ta’ kumpaniji

 

L-Onorevoli GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Onorevoli JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru):
Nirreferi għall-inċident li ġie rrapportat fil-gazzetti u s-sitt taħrikiet li kienu nħarġu mill-Italja f’Lulju tas-sena 2015. Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex dak li ġara dakinhar ma jerġax iseħħ u jissaħħaħ kemm il-moniteraġġ ta’ kumpaniji u liċenzjati ġodda u eżistenti in line mar-riskju li dan is-settur iġib miegħu? X’kienet ir-raġuni li min kien skorett reġa’ nħarġitlu l-liċenzja fis-sena 2016? X’falla? X’inhuma l-monitoring policies attwali? Minn dak l-inċident ‘l hawn, il-proċeduri nbiddlu? Jekk iva, b’liema mod?

 

Tweġiba:
L-Awtorita’ kontinwament taġġorna l-proċeduri ta’ moniteraġġ u supervizjoni tagħha kemm għal operaturi ġodda kif ukoll għal operaturi ezistenti sabiex dawn iżommu l-pass mal-iżviluppi regalotarji u teknologiċi ta’ din l-industrija daqstant dinamika. Fost l-inizjattivi mehuda mill-Awtorita’ hemm it-tishih tad-dipartiment ta’ "due diligence" billi żdiedu r-rizorsi umani u tekniċi, inbidlu l-proċessi ta kif isir id-"due diligence", qed jintuzaw agenziji internazzjonali fi ġbir ta’ intelligenza dwar individwi u kumpaniji u ngħata taħriġ speċjalizzat. L-Awtorita’ qiegħda tindaga aktar fil-fond dwar is-sorsi tal-fondi u l-ġid tal-applikanti. L-Awtorita’ tinvesti wkoll fil-moniteraġġ kontinwu tal-operaturi permezz ta’ audits indipendenti li jsiru fuq l-operaturi minn zmien ghal zmien kif ukoll spezzjonijiet speċifiċi kontra l-Hasil ta’ Flus u l-Finanzjar tat-Terrorizmu.


Dan il-moniteraġġ aktar rigoruż wassal f’ żieda fl-infurzar mill-awtorita’ u għal numru akbar ta’ licenzji sospizi u cancellati minhabba ragunijiet ta’ Infurzar.

2015
2016
2017 (Jan – June)
Numru ta’ Liċenzji Sospizi
23
2
4
Numru ta’ Liċenzji Kanċellati
13
21
1


L-Awtorita’ ma għandha l-ebda persuni li nstabu li huma skoretti u reggħet inharġitlhom licenzja. Li gara kien totalment l-oppost. Persuni li mill-istharrig ta’ due diligence li sar fuqhom instabu li huma skoretti ma nħargitilhomx liċenzja, filwaqt li kien hemm persuni ohra li abbandunaw il-licenzja meta ntebhu bl-istharrig u tfittix wiesgħa li tagħmel l-Awtorita fuq l-applikanti.





Breakdown of Suspended licences
Suspended 2015 (23 in total)3 issued in 2006
2 issued in 2010
1 issued in 2011
3 issued in 2012
6 issued in 2013
8 issued in 2014
Suspended 2016 (2 in total)2 issued in 2012
Suspended (1st half 2017) (4 in total)1 issued in 2011
1 issued in 2012
2 issued in 2015

Breakdown of Cancelled Licences
Cancelled in 2015 (13 in total)2 issued in 2010
5 issued in 2011
4 issued in 2012
2 issued in 2013
Cancelled in 2016 (21 in total)2 issued in 2010
5 issued in 2012
3 issued in 2013
9 issued in 2014
1 issued in 2015
1 issued in 2016
Cancelled (1st half of 2017) (1 in total)1 issued in 2011

 

Dokumenti annessi mal-mistoqsija:

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:

Dokumenti annessi mar-risposta:

 
 

FAQ | About us | Disclaimer | Contact Us* | Privacy Policy | Copyright | House of Representatives* | GOV.MT* | Help | Sitemap

* These links take you to an external site

 

 

L-aħħar bidla: 20/2/2018 06:42:36 PM - PQ ID 987029965DC35CF1C1258233005113C8